• IRREĠISTRA
  • ERĠA SEGWI
  • Menu Menu
Popolin huwa l-aktar programm ta’ diskussjoni segwit f’pajjiżna. Preżentat minn Quinton Scerri l-programm evolva fi pjattaforma għall-ħsibijiet u opinjonijiet varji, b’diskussjoni mistħaraġa bir-reqqa u spazzju awtentiku fejn wieħed jingħata ċ-ċans jiddiskutu u jesprimi l-opinjoni tiegħu b’mod skjett u mingħajr restrizzjonijiet.

L’hinn mid-90 minuta’ ta’ kull nhar ta’ Erbgħa fuq it-televiżjoni, illum il-programm qed jimraħ lejn diskussjon aktar wiesa fuq il-midija soċjali u pjattaformi diġitali oħra. Bħala parti minn dan l-eżerċizzju ser tkun qed titella konferenza miftuħa fejn wieħed jista jingħaqad u jiddibatti b’mod miftuħ u wiesa suġġetti varji bl-għan li nwessgħu ħsibijiet aktar miftuħa u infurmati dwar il-futur ta’ pajjiżna u l-komunitajiet tagħna.

Popolin ser ikun qiegħed jistieden is-segwaċi, imsieħba minn oqsma differenti u persuni oħra li jinteresshom suġġetti ta’ diskussjoni varji sabiex ningħaqdu flimkien f’konferenza informali fejn mgħatulha l-protagnist ewlieni ser ikun il-popolin.

Kulħadd ser ikollu iċ-ċans jiġu u jgħin tiegħu f’suġetti varji, bl-għan li flimkien niddiskutu l-mod ta’ kif aħna ilkoll nixtiequ li naraw lill-pajjiżna fil-futur qarib. Kulħadd ser ikollu ċ-ċans li jgħid tiegħu u jiddibatti mingħajr kantunieri tul il-ħin kollu fejn filwaqt li l-andament ser jinqasam f’ħames partijiet, kollha ser jikkonjugaw flimkien.

Il-konferenza ser tiġi organizzata s-Sibt 17 ta’ Mejju 2025 mill-10am ‘il quddiem f’The Link Hall u għandha tispiċċa għal ħabta ta’ 2.30pm. Ser ikun hemm bibita b’xejn għal kulħadd fil-bidu u lejn nofs il-konferenza

Dawk interessati għandhom jirreġistraw għall-parteċipazzjoni. Il-parteċipazzjoni ser tkun b’xejn għal kulħadd b’donazzjono volontarja lil Puttinu Cares.

 

Il-konferenza ser tiġi organizzata s-Sibt 17 ta’ Mejju 2025 mill-10am ‘il quddiem f’The Link Hall. Dawk interessati għandhom jirreġistraw  għall-parteċipazzjoni. Il-parteċipazzjoni ser tkun b’xejn għal kulħadd b’donazzjono volontarja lil Puttinu Cares. 

REĠISTRAZZJONI

"*" indicates required fields

I COMMUNICATIONS / PUBLIC BROADCASTING SERVICES LTD © 2025
Scroll to top